L-Innu Maltiさんのノート

(1869 - 1934)

Il-Kulunell Professur Robert Samut huwa l-aktar magħruf għall-mużika ta' l-Innu Malti.

Madankollu, Samut ma kienx professjonista fil-mużika, iżda kien dilettant tal-mużika u kien tajjeb ħafna fil-melodija u l-kompożizzjoni.

Robert Samut kien tabib mill-aqwa, u fl-Universita' Rjali ta' Malta kien Professur tal-Fisjoloġija, Batterjoloġija u Patoloġija.
Dun Karm Psaila (Ħaż-Żebbuġ, 18 ta' Ottubru 1871 – Valletta, 13 ta' Ottubru 1961) huwa l-Poeta Nazzjonali Malti u kiteb l-Innu Malti fl-1945

Bijografija
Imwieled f'Ħaż-Żebbuġ, iben Filippu u Lunzajta (imwielda Pisani). Missieru għadda ħajtu jbaħħar bejn Malta u l-Greċja, fost pajjiżi oħra filwaqt li ommu kienet bidwija.Studja fl-iskola primarja tar-raħal u kompla fis-Seminarju bejn l-1885 u l-18??. Minn hemm kompla jistudja l-Filosofij fl-1888 u t-Teoloġija fl-1890 fl-Università ta' Malta.

Dun Karm ġie ordnat qassis fl-1894. Bejn l-1895 u l-1921 għallem bosta suġġetti fis-Seminarju, fosthom it-Taljan, il-Latin, l-Ingliż, l-Aritmetika, il-Ġeografija, il-Kosmografija, l-Istorja tal-Knisja u l-Arkeoloġija Kristjana. Fl-1921 ġie nominat Kanonku Onorarju tal-Kapitlu tal-Katidral. Fl-istess sena ġie maħtur bħala Assistent Librar fil-Librerija Nazzjonali u sentejn wara inħatar bħala direttur tas-circulating libraries, pożizzjoni li żamm sa meta rtira fl-1936.

Dun Karm għex il-parti l-kbira ta' ħajtu Tas-Sliema sa ma miet. Hu ndifen fiċ-ċimeterju ta' raħal twelidu, Ħaż-Żebbuġ.


Poeta u kittieb
Fil-poeżiji tiegħu, Dun Karm kien jesprimi ruħu l-aktar f'mumenti ta' solitudni, li dejjem kienu akkumpanjati b'sens ta' spiritwalità. Il-poeżija tiegħu tixhed ħafna l-ħajja fl-irħula u tiddeskrivi wkoll il-kampanja u l-ambjent rurali ta' żmienu. Fi kliemu Dun Karm jirnexxielu joħroġ il-kultura Maltija bit-tradizzjonijiet tagħha u l-identità tal-Maltin flimkien mal-kultura letterarja bbażata l-aktar fuq ir-romantiċiżmu Taljan.

L-ewwel xogħolijiet tiegħu bit-Taljan jixhdu żogħżija ta' sliem u kalma; wara l-mewt ta' ommu beda jgħix fis-solitudni. Meta ddeċieda li jibda juża' l-Malti biex jesprimi ruħhu, esplora poetikament l-istorja ta' Malta biex jikkonferma l-kultura u l-identità nazzjonali. Fl-istess ħin, uħud mill-isbaħ poeżiji tiegħu juru vjaġġ interjuri fl-esperjenzi u s-sentimenti tal-poeta. B'hekk irnexxielu jgħaqqad kemm li jħoss hu u l-esperjenzi tiegħu flimkien ma' dawk ta' pajjiżu u niesu. Dun Karm iħares kemm lejn in-naħa personali kif ukoll dik nazzjonali tal-poeżiji tiegħu minn għajn reliġjuża ħafna. Il-kriżi spiritwali f'Il-Jien u lil hinn Minnu hi analizzata b'mod universali għall-bniedem, li tagħti dawl fuq l-eżistenza tal-bniedem u tinsisti fuq il-misteru tar-relazzjoni bejn Alla u l-bniedem, ħlief għall-fatt li l-bniedem jaċċetta b'mod sħiħ il-qawwa moħbija ta' dan Alla.

A.J. Arberry qaleb madwar 37 poeżija ta' Dun Karm għall-Ingliż. Ġużè Delia qaleb Il-Vjatku għall-Ispanjol u Laurent Ropa qaleb Il-Jien u lil hinn Minnu għall-Franċiż.


] L-Innu Malti
Fl-1921, Dr. A.V. Laferla, id-direttur tal-edukazzjoni, talab lil Dun Karm biex jikkomponi xi versi għal biċċa mużika tal-Mro. Robert Samut. L-innu li ħareġ kien l-Innu Malti, li ndaqq għall-ewwel darba fl-1923. Fl-1941 dan l-innu ġie rikonoxxut bħala l-Innu uffiċjali ta' Malta u riaffermat t'hekk anki fil-Kostituzzjoni tal-Indipendenza.

“ Lil din l-Art ħelwa, l-Omm li tatna isimha,

Ħares Mulej, kif dejjem Int ħarist;
Ftakar li lilha bl-oħla dawl libbist.


Agħti kbir Alla, id-deh'n lil min jaħkimha,
Rodd il-ħniena lis-sid, saħħa 'l-ħaddiem;
Seddaq il-għaqda fil-Maltin u s-sliem.



Poeżiji bit-Taljan
Qabel l-1912, meta kien għadu student, Dun Karm kiteb biss bit-Taljan. L-ewwel poeżija ippubblikata magħrufha tiegħu hi, La Dignita Episcopale (1889). Fl-1896 ħareġ l-ewwel ktieb ta’ versi bit-Taljan, Foglie d’alloro, ġabra ta’ sebgħa u tletin poeżija li kiteb bejn is-sbatax u l-erbgħa u għoxrin sena ta’ ħajtu. Wara ppubblika wkoll Versi (1903), kollezzjoni oħra ta' poeżiji bit-Taljan. Huwa beda sunett li qatt ma temm miktub lid-dittatur Taljan Benito Mussolini.


Poeżiji bil-Malti
Dun Karm kiteb l-ewwel poeżija bil-Malti, Quddiem Xbieha tal-Madonna f'Jannar tal-1912, li dehret fl-ewwel ħarġa tal-perjodiku bil-Malti, Il-Ħabib, mitbugħ mill-Mgr. Pawl Galea u Ġużè Muscat Azzopardi. Minn dak in-nhar 'il quddiem kiteb, sal-1954, kiteb numru kir ta' poeżiji bil-Malti dwar kull aspett tal-ħajja Maltija.


Xogħol ieħor
Il-kitbiet ta' Dun Karm jinkludu Żewġ Anġli: Inez u Emilia (maqlubha għall-Malti fl-1934 minn rumanz Taljan ta' D Caprile). Minbarra dawn, kiteb ukoll xi xogħolijiet kritiċi. Kiteb ukoll dizzjunarju bejn l-1947 u l-1955 fi tlett volumi, Dizzjunarju Ingliż u Malti


Għarfien u unuri
Fl-1921 ukoll, Dun Karm kien wieħed mill-membri fundaturi tal-Għaqda tal-Kittieba tal-Malti u mal-mewt ta' Ġużè Muscat Azzopardi fl-1927, ġie elett president tal-Għaqda u mbagħad editur tal-organu uffiċjali, Il-Malti. Kompla f'din il-pożizzjoni sal-1942 fejn ġie nominat president onorarju għal ħajtu ta' din l-Għaqda.

Bħala rikonoxximent għall-kontribut tiegħu fil-letteratura Maltija, ingħata d-Dottorat fil-Letteratura (honoris causa) mir-Royal University of Malta fl-1945 - l-ewwel darba li l-Università tat dan l-unur lil xi ħadd. Sena wara ġie mogħti il-midalja tad-deheb Ġużè Muscat Azzopardi.

Ir-reġina Eliżabetta II iddekoratu bit-titlu ta' Kmandant tal-Ordni tal-Imperu Ingliż fl-1956. Fl-1957, il-Gvern Malti tah pensjoni ex-gratia bħala rikonoxximent tas-servizzi tiegħu fil-letteratura Maltija. Matul ħajtu ġie wkoll onorat bħala l-Poeta Nazzjonali ta' Malta.

Fl-1957, A.J. Arberry, Professur tal-Għarbi, f'Pembroke College, Cambridge, mar iżur lil Dun Karm f'daru u kiteb hekk fl-antoloġija tiegħu, Dun Karm Poet of Malta:

"Meta ltqajt ma' Dun Karm kien għadu kif għalaq is-sebgħa u tmenin sena. Sibtu, raġel xiħ u fraġli, iżda xorta waħda bil-kmand totali tal-fakultajiet mentali tiegħu. Liebes is-suttana tal-qassis, bil-kurċifiss fuq sidru, ta' impressjoni qawwija tal-vera umiltà Kristjana... Offrieli tazza inbid u tkellimna ta' ħbieb għal aktar minn siegħa... Kien dehrli dak iż-żmien... li dan kien poeta ta' iktar minn importanza lokali, l-arti tiegħu u l-messaġġ tiegħu iridu jilħqu lid-dinja, fejn vera kien jistħoqilhom... Sirt aktar konvint tal-kobor tiegħu."
Diġa’ fid-dsatax-il seklu (1800 — 1899) kien hemm ix-xewqa li Malta jkollha l-innu nazzjonali tagħha. Fl-1850 Ġan Anton Vassallo kien ikkompona Innu Lil Malta, li ndaqq ta’ spiss matul l-għoxrin seklu waqt ħafna manifestazzjonijiet (meetings) Maltin.

Fl-1922 il-Kulunell Professur Robert Samut ikkompona biċċa mużika qasira. Din il-biċċa mużika ġiet f’idejn A. V. Laferla. Dik il-ħabta Laferla kien id-Direttur ta’ l-iskejjel primarji, u kien qed jaħseb biex iqabbad lil xi ħadd jagħmillu innu qasir biex ikantawh it-tfal fl-iskejjel tal-gvern.

Meta sema’ l-biċċa mużika ta’ Samut, Laferla laqtitu ħafna u ħaseb li kienet tajba għall-iskop tiegħu. Talab lill-Monsinjur Karmenu Psaila, il-poeta nazzjonali, biex jiktiblu xi versi li jmorru mal-mużika.

Il-poeżiji ta’ Dun Karm huma magħrufin ħafna għax-xejra reliġjuża u patrijottika tagħhom, u l-versi li kiteb għall-mużika ta’ Samut ma kienu xejn inqas. F’qasir żmien kiteb il-versi. Kienu versi qosra, madankollu kienu juru ż-żewġ elementi importanti ta’ l-ispirtu tal-poplu Malti.

L-innu beda jitkanta f’Diċembru ta’ l-1922, fl-iskejjel tal-gvern. L-ewwel darba li ndaqq fil-pubbliku kien fis-27 ta’ Diċembru 1922 u fis-6 ta’ Jannar 1923, waqt żewġ kunċerti li ngħataw mit-tfal fit-Teatru Manoel.

Madankollu, waqt dawn iż-żewġ rappreżentazzjonijiet, xi ħadd biddel xi kliem mill-innu. Dan irrabja lil Dun Karm, li bħala protesta kiteb artiklu fil-gazzetta. Minn dakinhar ‘l hawn ma tbiddel xejn mill-verżjoni oriġinali tal-versi.

Fit-3 ta’ Frar 1923 reġa’ ndaqq f’kunċert ieħor fit-Teatru Manoel, din id-darba mtella’ mit-tfal ta’ l-iskola ta’ Tas-Sliema, u bil-versi oriġinali kif kien kitibhom Dun Karm. L-innu ndaqq mill-Banda tad-Duka ta’ Edinburgh, ta’ Vittoriosa.

Il-Gvern Malti għaraf l-innu bħala l-innu uffiċjali ta’ Malta fit-22 ta’ Frar ta’ 1941. Il-Kostituzzjoni ta’ l-Indipendenza (1964) kkonfermatu bħala l-Innu Nazzjonali ta’ Malta, u tista’ tgħid li issa huwa wieħed mis-simboli ta’ identita’ tal-poplu Malti.

Ġrajja interessanti seħħet fil-25 ta’ Marzu 1945, fl-istadju tal-Gżira qabel il-logħba futbol bejn Malta XI u l-Jugoslavja. Dak iż-żmien Malta kienet għadha taħt l-Ingliżi, u l-Gvernatur Ingliż kien preżenti. Qabel il-logħba il-banda daqqet l-innijiet tal-Jugoslavja u ta’ l-Ingilterra. Hekk kif il-Gvernatur kien se joqgħod bil-qiegħda, il-folla tal-Maltin baqgħu bil-wieqfa u bdew ikantaw l-Innu Malti. Malli ra dan il-Gvernatur baqa’ bil-wieqfa sakemm spiċċa l-Innu.

l-Innu Malti nistgħu niddeskrivuh bħala talba li ħierġa mill-qalb. L-innu jindaqq kuljum fuq il-medja (radju u televiżjoni) u waqt kull funzjoni li jattendu għaliha il-President ta’ Malta, il-Prim Ministru u personalitajiet oħra importanti fil-gvern. Jindaqq ukoll kuljum fl-iskejjel u waqt okkażjonijiet nazzjonali importanti.